Score: Franza 2-1 Awstralja

Paul Pogba skurja gowl fit-tieni taqsima li ta r-rebħa lil Franza fl-ewwel logħba tagħhom tat-turnew. Antoine Griezmann rebaħ u skurja l-ewwel penalty fit-Tazza tad-Dinja li qatt ingħata bl-għajnuna tal-VAR qabel Mile Jedinak kiseb id-draw għall-Awstralja wara li Samuel Umtiti miss il-ballun b’idu.

It-tim immexxi minn Didier Deschamps huwa meqjus bħala wieħed mill-favoriti tat-turnew iżda l-wirja ta’ llum żgur li ma kinitx impekkabbli. Kylian Mbappe kien l-aqwa plejer għal Franza filwaqt li Ousmane Dembele u Griezmann naqsu milli juru l-kwalità vera tagħhom.

L-Awstralja kienu tattikament organizzati u għalkemm m’għandhomx plejers fenomenali, huma rnexxilhom irażżnu l-qawwa ta’ Les Bleus.

Miġjub lilek minn Hublot