Score: Franza 1-0 Peru

Franza telgħu fl-ewwel post fi Grupp Ċ wara rebħa ta’ 1-0 fuq il-Peru. Kylian Mbappe, li skurja l-gowl deċisiv fl-34 minuta, sar l-ewwel żagħżugħ li skurja għall-Franza fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Mhemm l-ebda dubju li l-attakkant ta’ 19-il sena huwa wieħed mill-aqwa plejers żgħażagħ fid-dinja tal-futbol u diġà rebaħ żewġ kampjonati Franċiżi. Mbappe skurja mingħajr wisq diffikultà meta l-ballun niżel eżatti quddiemu wara li x-xutt ta’ Oliver Giroud ma ġiex milqugħ għal kollox.

Il-plejer ta’ Chelsea Giroud reġa’ ssejjaħ mal-ewwel ħdax hekk kif il-wirja ta’ Franza tjiebet meta mqabbla mal-logħba kontra l-Awstralja. Wara l-konfront Didier Deschamps stqarr li Giroud kien tassew importanti għat-tim peress li Antoine Griezmann kellu ċ-ċans ikun iżjed kreattiv minn pożizzjoni laterali.

Miġjub lilek minn Hublot