Score: Danimarka 1-1 Awstralja

Il-plejer ta’ Tottenham Hotspurs Christian Eriksen poġġa fil-vantaġġ lid-Danimarka wara biss 7 minuti logħob iżda l-Awstralja kisbu d-draw qabel tmiem l-ewwel taqsima grazzi għall-penalty kontroversjali ta’ Mile Jedinak. Dan kien it-tieni penalty li Jedinak irnexxilu jiskurja fit-turnew wara li għeleb lil Hugo Lloris fl-ewwel logħba tal-Awstralja kontra Franza.

Wara l-użu tal-VAR, ir-referee Antonio Mateu ddeċieda li l-plejer tad-Danimarka Yussuf Poulsen miss il-ballun b’idu intenzjonalment u b’hekk ta penalty favur l-Awstraljani.

L-Awstralja kellhom l-għola numru ta’ tentattivi lejn il-lasta u lagħbu aħjar mid-Danimarka li jinsabu fil-quċċata tal-grupp.

Eriksen skurja l-isbatax-il gowl fl-aħħar 20 logħba internazzjonali tiegħu meta tefa’ l-ballun fis-saqaf tax-xibka b’xutt spettakolari bix-xellug.

Miġjub lilek minn Hublot