Score: Danimarka 0-0 Franza

Franza telgħu fil-quċċata ta’ Grupp Ċ wara li kisbu draw kontra d-Danimarka f’Luzhniki Stadium. Les Bleus kienu diġà aċċertaw ruħhom mill-kwalifikazzjoni mal-aħħar 16 wara li rebħu l-ewwel żewġ logħbiet tagħhom filwaqt li d-Danimarka kellhom bżonn punt wieħed sabiex jikkonfermaw posthom fir-rawnd li jmiss.

It-tim ta’ Didier Deschamps iddomina l-pussess tal-ballun u kellu iktar okkażjonijiet ta’ gowl iżda l-ebda tim ma wera x-xewqa li jirbaħ il-logħba peress li ż-żewġ nazzjonijiet kienu jafu li draw kien biżżejjed sabiex jikklassifikaw fl-ewwel żewġ postijiet.

Wara tmiem il-logħba nstema’ ħafna tisfir hekk kif uħud mit-78,011-il partitarju esprimew id-diżappunt tagħhom minħabba din il-wirja medjokri. Filfatt bosta kienu dawk li ttamaw li Franza setgħu jiskurjaw permezz ta’ Ousmane Dembélé, Antoine Griezmann, Thomas Lemar jew Olivier Giroud li bdew fl-attakk mill-ewwel minuta.

Miġjub lilek minn Hublot