Score: Brażil 2-0 Messiku

Il-Brażil irnexxilhom jiskurjaw żewġ gowls fit-tieni taqsima wara li l-ewwel 45 minuta ntemmu mingħajr ebda gowl. Neymar u Roberto Firmino pprovdew il-gowls li t-tim Sud Amerikan kellu bżonn biex jgħaddi għal mal-aħħar tmienja.

L-eks plejer ta’ Barcelona fetaħ l-iskor wara 51 minuta meta xeħet fil-lasta mill-viċin wara kross ta’ Willian.

L-attakkant ta’ Liverpool Firmino daħal bħala sostitut qabel żied it-tieni gowl meta kien għad fadal żewġ minuti biss sabiex ħonoq it-tama tal-Messiku li jiksbu l-gowl tad-draw. Neymar ipprovda l-assist għall-gowl ta’ Firmino hekk kif poġġielu l-ballun quddiemu wara li Fernandinho kien rebaħ il-pussess tal-ballun għall-Brażil.

Miġjub lilek minn Hublot