Score: Brażil 1-2 Belġju

Il-Brażil ġew eliminati mit-Tazza tad-Dinja wara li l-Belġju għelbu lis-Sud Amerikani grazzi għal żewġ gowls kruċjali fl-ewwel taqsima.

Il-Belġju fetħu l-iskor wara awtogowl tal-midfielder Brażiljan Fernandinho wara biss 13-il minuta logħob. It-tim immexxi minn Roberto Martinez ħoloq bosta okkażjonijiet matul l-ewwel taqsima u żiedu l-vantaġġ tagħhom meta Kevin De Bruyne għeleb lil Alisson b’xutt b’saħħtu.

Il-wirja tal-Brażil tjiebet matul it-tieni taqsima hekk kif is-Seleção ppruvat tikseb gowl tant meħtieġ. Il-Brażiljani rnexxilhom n-naqqsu d-distakk meta Renato Augusto skurja b’daqqa ta’ ras wara kross preċiż ta’ Philippe Coutinho.

Neymar u sħabu fit-tim ippruvaw jiskurjaw gowl ieħor iżda ma sabux mod kif jegħlbu lid-difiża tal-Belġju.

Il-Brażil ħarġu mit-Tazza tad-Dinja fil-kwarti tal-finali għat-tielet darba konsekuttiva filwaqt li l-Belġju issa se jilagħbu kontra Franza fis-semi finali ta’ nhar it-Tlieta.

Miġjub lilek minn Hublot