Score: Brażil 1-1 Żvizzera

brazil_switzerland1

Il-favoriti għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja l-Brażil ġew miżmuma fi draw mill-Iżvizzera. Is- Seleção fetħu l-iskor wara biss 20 minuta grazzi għal Philippe Coutinho li rnexxilu jixħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

L-Iżvizzera reġgħu kisbu l-parità wara 50 minuta logħob grazzi għal Steven Zuber li skorja b’daqqa ta’ ras wara corner ta’ Xherdan Shaqiri. Il-midfielder ta’ 26 sena li jilgħab ma’ Hoffenheim deher jimbotta lid-difensur ċentrali Brażiljan Miranda iżda r-referee Cesar Arturo Ramos iddeċieda li ma jużax il-VAR.

Fit-tieni taqsima Tite daħħal lil Fernandinho, Renato Augusto u Firmino iżda dawn il-bidliet m’għamlux differenza fl-andament tal-logħba peress li l-Brażil naqsu milli jiskurjaw il-gowl tar-rebħa.

Miġjub lilek minn Hublot