Score: Belġju 5-2 Tuneżija

Il-Belġju wrew il-qawwa offensiva tagħhom meta skurjaw 5 kontra t-Tuneżija sabiex telgħu fl-ewwel post fi Grupp Ġ. Eden Hazard skurja l-ewwel gowl tal-logħba meta inkariga ruħu minn penalty wara foul fuqu ta’ Syam Ben Youssef. Romelu Lukaku għamilhom 2-0 għaxar minuti wara qabel Dylan Bronn naqqas id-distakk għat-Tuneżija.

Il-plejer ta’ Manchester United Lukaku kompla bil-forma tajba tiegħu meta skurja t-tielet gowl għall-Belġju wara assist ta’ Thomas Meunier. Id-difensur Toby Alderweireld għen sabiex jinbet l-ewwel gowl tat-tienti taqsima meta xeħet ballun fit-tul lejn Hazard li l-attakkant ta’ Chelsea kkontrolla qabel ma għeleb lil Ben Mustapha.

Is-sostitut Michy Batshuayi skurja il-ħames u l-aħħar gowl għall-Belġju filwaqt li t-Tuneżija kisbu gowl ta’ konsolazzjoni fl-aħħar mumenti tal-logħba.

Miġjub lilek minn Hublot