Score: Belġju 3-2 Ġappun

Il-Belġju wettqu rimonta impressjonanti wara li l-Ġappun marru żewġ gowls minn fuq. L-Asjatiċi fetħu l-iskor wara l-bidu tat-tieni taqsima meta x-xutt fil-baxx ta’ Genki Haraguchi spiċċa fir-rokna t’isfel qabel Takashi Inui għamilhom 2-0 b’xutt minn barra l-kaxxa.

Jan Vertonghen naqqas id-distakk b’daqqa ta’ ras fid-69 minuta. Daqqa ta’ ras oħra, din id-darba tas-sostitut Fellaini, għamlet l-iskor 2-2 meta kien għad jonqos 16-il minuta biss.

Il-logħba kienet tidher li riesqa lejn il-ħin miżjud qabel Nacer Chadli skurja l-gowl tar-rebħa wara kontrattakk Belġjan.

Miġjub lilek minn Hublot