Score: Belġju 3-0 Panama

belgium_win_panama

Il-Belġju kellhom wirja konvinċenti fit-tieni taqsima sabiex għelbu lill-Panama f’Sochi. Dries Mertens ta’ Napoli fetaħ l-iskor għall-Belġju fil-bidu tat-tieni taqsima qabel Romelu Lukaku skurja żewġ gowls f’6 minuti.

Lukaku skurja l-ewwel gowl tiegħu fid-69 minuta wara assist brillanti tal-plejer ta’ Manchester City Kevin De Bruyne. Dan tal-aħħar kien għal darb’oħra strumentali fil-75 minuta hekk kif qassam il-ballun lil Eden Hazard li mbagħad poġġa lil Lukaku f’pożizzjoni li jiskurja. Il-goalkeeper ta’ Panama ma rnexxilux jilqa’ ix-xutt tal-attakkant Belġjan li għamel l-iskor 3-0.

Panama, li kkwalifikaw għall-ewwel Tazza tad-Dinja tagħhom wara li għaddew minn grupp ta’ kwalifikazzjoni fejn l-Istati Uniti sfaw eliminati, iridu jtejjbu l-mod kif jilagħbu qabel ma jaffrontaw lill-Ingilterra nhar il-Ħadd.

Miġjub lilek minn Hublot