Score: Awstralja 0-2 Peru

L-Awstralja ġew eliminati mit-Tazza tad-Dinja hekk kif spiċċaw fl-aħħar post fi Grupp Ċ wara li sofrew it-tieni telfa tagħhom fit-turnew.

Il-Peru marru fil-vantaġġ f’Sochi meta Paolo Guerrero xeħet il-ballun lejn l-attakkant ta’ Benfica Andre Carrillo li skurja b’xutt meraviljuż li l-goalkeeper tal-Awstralja naqas milli jilqa’. Dan kien l-ewwel gowl tal-Peru fit-turnew f’36 sena.

Il-captain tal-Peru Guerrero, li kien viċin li jitlef it-Tazza tad-Dinja minħabba sospensjoni marbuta ma’ sustanzi projbiti, skurja it-tieni gowl fil-50 minuta.

Il-kowċ Bert van Marwijk, li kien wassal lill-Olanda sal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2010, prova jevita telfa oħra għall-Awstralja meta daħħal lil Tim Cahill sabiex jipparteċipa fir-raba’ edizzjoni tiegħu fl-età ta’ 38 sena. Madanakollu l-eks attakkant ta’ Everton u Millwall ma rnexxilux iqanqal rimonta.

Miġjub lilek minn Hublot