Score: Arġentina 1-1 Iżlanda

Lionel Messi falla penalty kruċjali fit-tieni taqsima hekk kif l-Iżlandiż Thór Halldórsson irnexxilu jilqa’ ix-xutt tal-Arġentin.

Is-Sud Amerikani ddominaw il-pussess tal-ballun u fetħu l-iskor fid-19-il minuta grazzi għal azzjoni mill-isbaħ ta’ Sergio Agüero. Ftit minuti wara Alfred Finnbogason għamilhom 1-1 wara li l-goalkeeper ta’ Chelsea Willy Cabalero naqas milli jilqa’ xutt.

L-Arġentina ġiet imċaħħda minn penalty ieħor 13-il minuta qabel it-tmiem wara li Cristian Pavón deher jaqa’ fil-kaxxa iżda r-referee għażel li ma jużax il-VAR. L-ispirtu agonistiku tal-iżgħar nazzjon f’dan it-turnew spikka matul il-logħba kollha hekk kif huma waqfu lill-Arġentina milli jiskurjaw gowl ieħor filwaqt li kisbu punt mistħoqq fl-ewwel logħba tagħhom fit-Tazza tad-Dinja.

Miġjub lilek minn Hublot