Score: Arġentina 0-3 Kroazja

Il-Kroazja ħasdu lill-Arġentina, li rebħu żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, meta skurjaw tliet gowls kontra t-tim immexxi minn Jorge Sampaoli. Ante Rebic fetaħ l-iskor b’xutt mill-viċin wara li Willy Cabellero wettaq żball meta pprova jbiegħed il-ballun ‘il bogħod mill-kaxxa.

Luka Modric skurja t-tieni gowl meta kien għad fadal biss 10 minuti mit-tmiem b’xutt mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa. Ivan Rakitic, li jilgħab ma’ Lionel Messi fit-tim ta’ Barcelona, skurja l-aħħar gowl fil-ħin miżjud sabiex ħalla lill-Arġentina fir-riskju li jiġu eliminati.

Sampaoli deher nervuż hekk kif daħħal lil Gonzalo Higuian u Paolo Dybala ta’ Juventus, kif ukoll lil Cristian Pavón, iżda dawn ma rnexxilhomx jgħinu lil Messi milli jevita telfa għall-Arġentina.

Il-partitarji Arġentini, fejn fosthom kien hemm Diego Maradona ta’ 57 sena, dehru nkwetati hekk kif il-finalisti tal-edizzjoni tal-2014, li għandhom fl-iskwadra lil wieħed mill-aqwa plejers fl-istorja tal-futbol, sfaw umiljati f’Nizhny Novgorod Stadium.

Miġjub lilek minn Hublot