Scooby Doo għalaq 50 sena

Kien nhar it-13 ta Settembru 1969 li Scooby Doo tfaċċa għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni Amerikana.

Dan ifisser li llum Scooby Doo għalaq 50 sena!

Il-karattru żviluppa minn serje televiżiva għal komiks, films għaċ-ċinema, u anki films televiżivi kif ukoll bosta spin offs li baqgħu popolari sal-ġurnata tal-lum. Dan biex ma nsemmux il-ġugarelli li nħarġu matul is-snin u li għadhom popolari sal-lum.

Għalkemm Scooby qed jiċċelebra l-50 sena tiegħu, mqabbla mas-snin li aħna l-bnedmin għandna, Scooby Doo għandu 213 sena.

Ma’ Scooby hemm ukoll karattri ikoniċi oħra: Fred, Daphne, Velma u ovvjament il-popolari Shaggy.

Mis-sensiela ta’ Scooby Doo kien ħareġ il-karattru ta’ Scrappy Doo u s-sensiliet li ħarġu minn din is-sensiela oriġinali jinklu The New Scooby and Scrappy-Doo Show, The 13 Ghosts of Scooby-Doo, Be cool, Scooby Doo, Scooby Doo and Guess Who?, Scooby Doo Mysteries incorporated u A Pup Named Scooby Doo.

U dan mhux kollox għax fil-15 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla se jinħareġ film animat bil-vuċijiet ta’ Zac Efron, Jason Isaacs u Mark Wahlberg.

Iżda ġurnata qabel se tinħareġ logħba ġdida tal-kompjuter li se tkun iġġib l-istess isem.

Jidher biċ-ċar li ta’ 50 sena, Scooby Doo għadu jappella anki għall-ġenerazzjoni tal-lum!