Ingredjenti
260g dqiq plain
35g zokkor ismar
2 kuċċarini baking powder
nofs kuċċarina melħ
70g butir mill-friġġ imqatta’ kubi
bajda kbira
kikkra ħalib
1 mgħarfa meraq tal-lumi
kuċċarina u nofs essenza tal-vanilla
100g ċikkulata mfarrka f’biċċiet
100g ġellewż imfarrak
Metodu
Saħħan il-forn għal 200˚Ċ (400˚F).
Ħallat flimkien id-dqiq, iz-zokkor ismar, il-baking powder u l-melħ. Żid il-butir u ħallat sakemm it-taħlita ssir tixbah lil frak tal-ħobż.
F’bieqja oħra ħallat il-ħalib mal-meraq tal-lumi.
Imbagħad ħabbat mal-bajda u l-essenza tal-vanilla. Żid mat-taħlita tad-dqiq u wara itfa’ u ħallat il-frak taċ-ċikkulata u tal-ġellewż.
Oħroġ l-għaġina mill-bieqja u agħġina bil-mod sakemm tkun tista’ tirrublaha bla ma teħel fuq mejda bi ftit dqiq. Ifforma f’ċirku ta’ 15cm u aqta’ f’sitt biċċiet. Poġġi fuq karta tal-forn midluka fuq tilar tal-forn u sajjar sakemm isiru kulur dehbi, madwar 15-20 minuta.
Tista’ sservihom sħan ukoll.