Science in the City tniedi l-ewwel programm virtwali tagħha

Aktar minn 30 attività live

Wara l-kwinti mal-MMSA għax-Xjenza fil-Belt 2020, fejn il-Live Virtual Festival se jkun streamed live

Read in English.

Science in the City, jew kif inhu magħruf dan il-festival bil-Malti – Ix-Xjenza fil-Belt 2020 – ħabbar il-programm sħiħ tal-festival. Wara madwar xahar mimli b’attivitajiet ta’ qabel il-festival, li ħafna minnhom għadhom disponibbli fuq il-websajt u l-midja soċjali ta’ Science in the City, il-festival ta’ dis-sena għad għandu ħafna iktar x’joffri. Il-weekend tal-festival, mill-Ġimgħa 27 sal-Ħadd 29 ta’ Novembru, hu mqassam f’Live Virtual Channel, mimli b’wirjiet esklussivi, u żona Explore the Arches, fejn saħansitra hemm aktar kontenut interattiv li se jkun aċċessibbli matul dak il-weekend kollu. Peress li l-interess mill-pubbliku diġà hu għoli ferm, it-tim tax-Xjenza fil-Belt qiegħed jirrakkomanda ħafna li l-viżitaturi jibbukkjaw il-biljetti tagħhom – li kollha huma b’xejn – bil-quddiem. Dan sabiex jiżguraw il-post tagħhom fuq il-Live Virtual Channel.

Il-Live Virtual Channel se jiftaħ il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru fis-7pm bi ftuħ grandjuż tal-festival. Din iċ-ċerimonja tkun segwita minn Escape Room virtwali fis-7:25pm, fejn riċerkaturi u artisti jaħdmu flimkien biex joħorġu mill-limiti tagħhom, f’avventura kontra l-ħin tassew eċċitanti. Bħal ħafna mill-attivitajiet tal-Live Virtual Channel, l-udjenzi se jkunu qed jinfluwenzaw l-avveniment b’mod dirett permezz ta’ chats ma’ dawk li jikkordinaw l-avveniment.

Feedback Loops mir-riċerkatriċi Alina Ivan isegwi fit-8pm. Dan hu spettaklu ta’ mużika u żfin li juri teknoloġija innovattiva għas-saħħa mentali biex tgħin lin-nies b’dawn il-problemi ħalli jsegwu l-kundizzjonijiet tagħhom.    

Fid-9:30pm, Angele Galea tippreżenta t-tema teatrali ġdida tagħha għall-proġett Women in STEM, bl-isem ta’ Jumping Genes. Dan id-dramm jagħti ħarsa lejn il-ħajja ta’ żewġ nisa differenti ħafna li t-tnejn li huma, fil-ħajja rispettiva tagħhom, qegħdin jitħabtu biex iżommu fil-wiċċ. Fl-10:30pm, Bats Do Jazz ta’ Diccon Cooper u Simone Cutajar, hu finali mill-aqwa għall-għeluq tal-avvenimenti tal-ġurnata. Din se tkun eżekuzzjoni mużikali li tirrifletti l-imġieba stramba tal-friefet il-lejl.

Is-Sibt 28 ta’ Novembru se jieħu l-Live Virtual Channel jieħu direzzjoni ġdida. Uħud mill-gruppi ta’ riċerka ewlenin ta’ Malta se jkunu qed jinvolvu lill-udjenzi fl-investigazzjonijiet mill-aktar avvanzati tagħhom. Wara ċerimonja tal-ftuħ f’nofsinhar, More of Less Theatre se jippreżentaw Be the Change, li twassal it-tema tal-konservazzjoni tal-ilma b’element qawwi ta’ umoriżmu. Wara, se jkun hemm 16-il attività oħra li jvarjaw mill-esperimenti ta’ Esplora sal-laser quantum keys tal-Università ta’ Malta. Punt ewlieni hu d-debutt tal-wirja ta’ 0.0031% ta’ Malcolm Galea fis-7:45pm. U wara li t-tfal ikunu marru jorqdu, l-adulti jistgħu saħansitra jtemmu l-lejla b’avveniment ta’ cocktail mixology, ospitat minn uħud mill-aqwa stilel ta’ riċerka ta’ Malta.

Il-Ħadd 29 ta’ Novembru hu l-aħħar jum tal-festival bi programm magħmul apposta għall-familja kollha. Mill-ftuħ fl-10am sat-8pm, se jkun hemm 14-il attività varjata, fosthom wirja sabiħa ta’ pupazzi dwar il-ħarsien tal-enerġija mill-EWA f’nofsinhar, u 500 jum fil-ħajja ta’ kelb il-baħar minn SharkLab fis-2:18pm, li juri kif jikber kelb il-baħar minn bajda sal-adolexxenza tiegħu. Fis-7:15pm, il-viżitaturi ma jkunux iridu jitilfu l-għeluq tal-festival, meta t-tema tax-Xjenza fil-Belt ta’ din is-sena: ‘Engage, Empower, Enable’, tieħu tifsira għal kollox ġdida: tassew importanti propju għall-2020.

Consensus, ir-rapper u l-fiżiku Brittaniku b’ħafna talenti, se jidħol fiż-żona Explore the Arches

Il-mistednin m’għandhomx jinsew li se jkun hemm saħansitra iktar kontenut disponibbli fl-Explore the Arches. Din iż-żona tal-festival tiftaħ għall-pubbliku l-Erbgħa 25 ta’ Novembru u tista’ tkun esplorata sal-għeluq tal-festival, il-Ħadd 29 ta’ Novembru. Hawnhekk, ser jintwerew logħob, vidjows, sfidi u aktar, kollha maħsuba u maħluqa minn riċerkaturi, artisti u organizzazzjonijiet f’Malta biex jattiraw l-udjenzi.

Il-parir hu li l-viżitaturi jżuru l-websajt u l-midja soċjali ta’ Science in the City biex jibbukkjaw minn qabel ħalli jiżguraw posthom fl-ewwel festival tax-xjenza u l-arti ta’ Malta onlajn.

Ix-Xjenza fil-Belt hi parti mil-Lejla tar-Riċerkaturi Ewropej, ċelebrazzjoni mal-UE kollha. Hu ffinanzjat mill-programm ta’ riċerka u innovazzjoni Horizon 2020 tal-Unjoni Ewropea (taħt il-ftehim ta’ għotja Nru 955263), u numru ta’ sponsors korporattivi. Hu wkoll rikonoxxut mill-Europe for Festivals and Festivals for Europe (EFFE).

Il-konsorzju Science in the City jitmexxa mill-Università ta’ Malta u l-Kamra tax-Xjentisti ta’ Malta, bi sħubija mas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali, TrustStamp, Malta Enterprise, MCAST, Greenhouse, Qualia Analytics, Esplora, BPC International, MEUSAC, PBS, Newsbook, Spazju Kreattiv, Aquabiotech, The Environment Resource Agency, Energy Water Agency, Malta Council for the Voluntary Services, More or Less Theatre, Storm Design u Kreattiv tal-Kunsill tal-Arti ta’ Malta.

Għal aġġornamenti regolari jekk jogħġbok segwi l-paġna ta’ Facebook tal-festival: www.facebook.com/ScienceInTheCityMalta | Twitter @SciCityMalta, Instagram @scicitymalta, TikTok @ScienceintheCityMalta u l-website.