Science in the City: innovazzjoni u kompetizzjoni

Nhar il-Ġimgħa li ġej jingħata bidu għall-attività ‘Science in the City’ bil-għan li jiġu murija l-effetti tal-innovazzjoni tat-teknoloġija u x-xjenza.

Intqal li l-Gvern qed jagħmel dan il-proġett possibli hekk kif jemmen li l-pajjiż għandu bżonn ikun innovattiv biex jikkompeti.

Minbarra d-dimostrazzjonijiet li se jsiru se ssir ukoll lejla fejn ir-riċerkaturi juru l-proġetti tagħhom.

Diversi organizzazzjonijiet qed jagħtu sehemhom għal din l-attività li hi mmexxija mill-Università ta’ Malta u l-Malta Chamber of Scientists.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit www.scienceinthecity.org.mt

Ritratt: DOI – Martin Attard