Scicluna fiċ-Ċilì: “Missjoni bla preċedent”

Archbishop Charles Scicluna, Chile

Read in English.

“Il-missjoni tal-Arċisqof Scicluna fiċ-Ċilì hija waħda bla preċedent”. Hekk qal Josè Manuel Vidal, direttur tal-websajt magħrufa Digital Religion, meta ġie intervistat mill-gazzetta Ċilena La Tercera.

Waqt li l-Vatikan mhu qed jgħid xejn dwar l-objettivi tal-missjoni tal-Arċisqof Scicluna fiċ-Ċilì, il-midja tal-pajjiż hija mimlija b’rappurtaġġ, kummenti u previżjonijiet.

L-Arċisqof Scicluna jħalli Malta llum u jkompli triqtu lejn iċ-Ċilì minn Ruma. Huwa jasal iċ-Ċilì nhar it-Tlieta u jibqa’ hemm sad-19 ta’ Ġunju. Kien il-Papa Franġisku li personalment ċempel lil Scicluna biex jitolbu jmur għat-tieni darba fiċ-Ċilì fuq missjoni ġdida.

José Manuel Vidal kompla jgħid lill-gazzetta La Tercera li jemmen li wieħed mill-objettivi taż-żjara hu li Scicluna jevalwa jekk l-Isqfijiet Ċileni kkonvertewx tassew u jekk hux lesti li jwettqu l-bidliet profondi li hemm bżonn li jsiru fil-knisja fiċ-Ċilì.

Għall-intervista sħiħa agħfas hawn.