Schumacher: Ħadulu ritratti sigrieta u talbu 1.3 miljun għalihom

Ritratti sigrieta tal-leġġenda tal-F1 Michael Schumacher ġew offruti biex ikunu ippublikati għall-prezz ta’ $1.3 miljun. Dan kien irrappurtat mill-gazzetta Ingliza Mirror.

Diċembru li għadda mmarka s-sitt sena mindu, ir-rebbieħ dinji għal seba’ darbiet tal-F1, waqa’ waqt li kien skiing ma’ ibnu Mick fl-Alpi Franċiżi. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa, iżda skont Nicola Acciari li hu newrokirurgu qal li Schumacher potenzjalment jidher ferm differenti milli wieħed kien imdorri jarah.

Il-gazzetta Mirror żvelat li xi ħadd b’mod sigriet ħa ritratti ta’ Schumacher fis-sodda ġewwa daru l-Isvizzera, u offriethom biex ikunu ppriblikati jekk titħallas $1.3 miljun.

Il-mara ta’ Schumacher, Corinne infurmat lill-pulizija, u l-avukati tal-familja sostnew li r-ritratti jiksru l-privatezza tal-eks sewwieq ta’ Ferrari.