Schumacher f’qagħda stabbli

Qed jiġi rrappurtat li l-leġġenda Michael Schumacher jinsab konxju wara li sarlu t-trattament ta’ trasfużjoni ta’ ċelloli staminali ġewwa sptar f’Pariġi. Dan it-trattament irċevih kważi sitt snin wara l-inċident li kellu li ħallih f’koma.

Skont Le Parisien, Schumacher ingħata t-trattament fl-isptar Georges-Pompidou ta’ Pariġi mill-kirurgu Franċiż Philippe Menasche. It-trattament kien jinvolvi s-sostituzzjoni ta’ ċelloli ħżiena ma’ dawk b’saħħithom fid-demm jew fil-mudullun.