Schumacher f’Pariġi għal trattament ta’ trasfużjoni ta’ ċelloli

Skont rapporti minn Franza, ir-rebbieħ għal seba’ darbiet tal-Formula 1 Michael Schumacher qed jingħata trasfużjoni ta’ ċelloli staminali ġewwa sptar f’Pariġi. F’Diċembru tal-2013, Schumacher tpoġġa f’koma għal sitt xhur wara li kellu inċident fl-Alpi Franċiżi.

Skont Le Parisien, Schumacher jinsab fl-isptar Georges-Pompidou ta’ Pariġi fejn qiegħed jingħata trattament ibbażat fuq trasfużjoni ta’ ċelloli staminali mill-kirurgu Franċiż Philippe Menasche. It-trattament jinvolvi s-sostituzzjoni ta’ ċelloli ħżiena ma’ dawk b’saħħithom fid-demm jew fil-mudullun.