Schick kważi lest ma’ Roma

L-attakkant ta’ Sampdoria Patrik Schick huwa ferm viċin li jingħaqad ma’ Roma wara li Inter u Juventus jidher li abbandunaw għalkollox l-interess f’dan il-plejer.
Il-pleje mir-Repubblika Ċeka ilu jissemma’ sajf sħiħ li jiċċaqlaq minn mal-Blucerchiati iżda sensiela ta’ intoppi għamlu l-affarijiet aktar diffiċli.
Madankollu Roma baqgħu konsistenti fl-offerta tagħhom u hemm qbil fuq somma ta’ €38 miljun għall-akkwist ta’ dan il-plejer.
Schick spikka ħafna matul l-istaġun li għadda ma’ Sampdoria fejn skorja 11-il gowl fi 32 logħba li lagħab magħhom.