Schettino jagħmel l-aħħar appell qabel il-verdett

Il-Kaptan Francesco Schettino ma setax iżomm lura l-emozzjoni hekk kif għamel l-aħħar appell lill-imħallfin qabel dawn irtiraw biex jagħtu l-verdett tagħhom.
Schettino qed jiffaċċja l-possibiltà ta’ 26 sena ħabs jekk jinstab bħala l-unika persuna ħatja tat-traġedja tal-Costa Concordia, f’Jannar ta’ tliet snin ilu, li fiha mietu 32 persuna.
Schettino saħaq li qed iwaħħlu fih u jużawh bħala l-“ħaruf tas-sagrifiċċju” minħabba interessi ekonomiċi.
Qal li fil-ġuri fil-Qorti, ma kien hemm ebda interess li toħroġ il-verità.