“Schembri qattiel, Mizzi korrott” – Azzopardi; “Żibel” – Farrugia

Read in English.

Tisħon il-qiegħa fil-parlament waqt il-ħin tal-mistoqsijiet meta Jason Azzopardi ndirizza lil Keith Schembri bħala l-qattiel u lill-ex ministru Konrad Mizzi bħala korrott. Min-naħa l-oħra rrisponda l-Ministru għall-Intern Michael Farrugia li għajjar lid-deputat Nazzjonali żibel tliet darbiet.

L-ispeaker Anġlu Farrugia ġibed l-attenzjoni tal-Ministru li jrtira l-kliem li qal fil-konfront ta’ Azzopardi. Farrugia fakkar lil Azzopardi li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Intervjena l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li qal li hu kien jerfa’ r-responsabbiltà ta’ kummenti li se jgħaddu l-membri tal-Oppożizzjoni.

Il-kwistjoni qamet l-ewwel meta d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech stasqa lill-Ministru għall-Familja Michael Falzon kif dan il-pajjiż jista’ jsabbar lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia meta issa hu magħruf li hi inqatlet minħabba l-impunità li hawn fil-pajjiż.

Il-Ministru Falzon wieġeb li hu jikkundanna l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.