Schembri jwaqqa’ l-libell li fetaħ lil The Malta Independent

Miguela Xuereb

Read in English.

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri waqqa’ l-libell li kien fetaħ lill-ġurnal The Malta Independent dwar artiklu li allega li l-kumpanija tiegħu fil-British Virgin Islands kienet irċeviet €750,000 fl-2014.

Propju llum, il-Maġistrat Victor Axiaq ġie mgħarraf li Schembri ffirma ittra li tgħid li kien se jwaqqa’ l-libell. L-avukat tal-ġurnal, Peter Fenech, ma kienx ġie mgħarraf b’dan u sar jaf malli wasal fil-Qorti għas-smigħ li kellu jsir illum.

Fl-aħħar smiegħ tal-każ, li kien seħħ f’Diċembru li għadda, Schembri ma kienx tfaċċa fil-Qorti. L-avukat tiegħu, Andrew Sciberras, kien qal formalment li ma kienx se jibqa’ jiddefendih hu fil-Qorti.

L-artiklu bit-titlu “Three quarters of a million transferred into PM’s Chief of Staff BVI company in 2014” kien ġie ppubblikat fil-15 ta’ Settembru tal-2016.