Schembri jgiddeb ir-raġuni li għaliha ssejħet l-elezzjoni fl-2017

keith schembri and joseph muscat

Read in English.

L-eks Chief of Staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri kkonferma taħt ġurament li l-elezzjoni tal-2017 kienet ippjanata qabel mal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qalet li t-tielet kumpanija offshore, Egrant Inc., li s-sid tagħha ma kienx ssemma permezz ta’ email hija l-mara tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Muscat kien talab lill-Maġistrat biex jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet li Egrant hija tal-mara tiegħu. L-inkjesta kienet sabet li ma kien hemm l-ebda rabta mal-familja Muscat.

Fix-xhieda tiegħu it-Tnejn li għadda Keith Schembri kkonferma li l-elezzjoni kienet ippjanata bejn Frar u Marzu 2017 qabel l-20 t’April meta Daphne Caruana Galizia ppubblikat il-blogg bl-isem: “Declarations of trust in Pilatus Bank safe: Egrant Inc shares held for Michelle Muscat”.

Fis-17 ta’ Mejju tal-istess sena, Caruana Galizia kienet ppubblikat kitba li fiha żvelat li l-kampanja tal-Partit Laburista kienet irreġistrata fis-7 t’April u żiedet li minn tal-inqas xahar qabel ma żvelat ta’ min hija l-kumpanija Egrant Inc., Caruana Galizia kienet qalet li, id-data tal-elezzjoni ġenerali kellha ssir bejn is-27 ta’ Mejju u 17 ta’ Ġunju u din kienet ġiet deċiża għall-ħabta ta’ Marzu.

Muscat kien sejjaħ l-elezzjoni ġenerali f’Mejju 2017. Huwa kien qal li sejjaħ l-elezzjoni disa’ xhur qabel minħabba rapporti fil-midja li kienu qed jiddistabilizzaw lill-pajjiż.

Fix-xhieda tiegħu fl-inkjesta pubblika, Muscat qal li l-azzjonijiet li ħa dwar il-Panama Papers, li neħħa xi nies mill-uffiċċju tiegħu u l-kwistjoni tal-Egrant waslu biex isejjaħ elezzjoni. Dan jikkuntrasta ma’ dak li qal l-eks Chief of Staff tiegħu t-Tnejn li għadda fejn qal li l-elezzjoni ġenerali kienet ppjanata fi Frar -Marzu 2017 wara li l-istatistiċi wrew li l-Partit Laburista kellu s-sapport tal-elettorat.

Theuma tqabbad jieħu ħsieb l-assassinju tal-ġurnalista

Fil-Qorti Melvin Theuma xehed li huwa rċieva telefonata mingħand Yorgen Fenechu ltaqa’ miegħu barra r-ristorant Blue Elephant f’San Ġiljan. Matul din il-laqgħa

Fenech qal lil Theuma li Caruana Galizia kellha tinqatel fil-bidu ta’ April 2017. Fenech allegatament qallu li Caruana Galizia kienet se tikxef xi informazzjoni dwar zijuh Ray Fenech.

Theuma sadanittant kien ingħata mpjieg mal-Gvern mingħajr ma kien imur għax-xogħol u baqa’ jitħallas sa Ġunju 2017. Dakinhar li Muscat ħabbar l-elezzjoni ġenerali Fenech ornda lil Theuma biex iwaqqaf kollox.

Theuma kien irċieva telefonata biex ikompli bl-assassinju wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni f’Ġunju 2017. Theuma fil-Qorti qal li għall-bidu huwa injora lil Fenech minħabba li kien fis-sakra.

17 Black

Fit-22 ta’ Frar 2017, Daphne Caruana Galizia kienet ippubblikat li 17 Black hija l-kumpanija inkorporata f’Dubai. Ma’ din l-aħbar li kienet mingħajr kitba ġew ippubblikati ritratti ta Keith Schembri, John Dalli, Joseph Muscat u Keith Schembri.

Schembri qal lill-bord tal-inkjesta li huwa kien jaf ta’ min hija l-kumpanija offshore f’Dubai. Is-sid ta’ din il-kumpanija ġie ppublikat wara li saret investigazzjoni konġunta minn Reuters u Times of Malta.

L-avukat Jason Azzopardi staqsa lil Schembri biex jindika kemm il-xahar qabel Frar 2017 kien jaf  li 17 Black kienet ta’ Fenech. Huwa qal lill-bord tal-inkjesta li Muscat ma staqsihx dwar il-kumpanija f’Dubai u ma ħassx li kellu jgħaddi xi informazzjoni dwarha.

Taħt ġurmaent Muscat qal li huwa ma kienx jaf ta’ min hi 17 Black u qatt ma staqsa fuq hekk.

Skont email f’Diċembru 2015, il-kumpaniji fil-Panama kienu tal-eks Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri kien jirċievi ħlas mill-kumpanija 17 Black għas-servizzi tiegħu.

L-email tgħid li 17 Black hija l-kumpanija prinċipali li se tkun qed tagħmel pagamenti sa $2 miljun f’sena lil-kumpaniji fil-Panama. L-email ma tagħmel l-ebda referenza għall-iskema tal-power station tal-gas u ma kien hemm l-ebda evidenza li saru xi pagamenti.

Il-leak tal-Electrogas

Caruana Galizia kienet irċeviet numru ta’ emails mill-Electrogas. Fi żmien l-assassinju tagħha hija kienet qiegħda tinvestigahom.

Matul ix-xhieda tiegħu Schembri qal li huwa kien jaf bil-leak fi żmien il-kampanja tal-2017.

Iktar minn 60,000 email ġew illijkati u għaddew għand Caruana Galizia f’Marzu, 2017. Partijiet minn dawn l-email diġà ħarġu fil-Qorti waqt l-inkjesta pubblika. Jason Azzopardi fil-Parlament spjega meta wieħed jeżamina dawk l-emails  isib li dawk li ggwadanjaw finanzjarjament mill-kuntratt tal-Electrogas kellhom il-mottiv li jsikktu lill-ġurnalista.

L-inkjesta maġisterjali twaqqfet biex jinstab il-whistleblower.

Fil-Parlament, Azzopardi kien żvela li fit-28 t’April 2018, l-Electrogas kienet kitbet lill-pulizija fejn staqsiethom biex jiftħu investigazzjoni li għadha għaddejja dwar allegat użu ħażin ta’ tagħmir elettroniku biex jinkiseb aċċess għal data u dokumenti kunfidenzjali.