Read in English.
Keith Schembri, Neville Gafa, u eks ħaddiem fl-OPM qegħdin t’Tuneż, skont rapport.
It-Times of Malta żvelat li Keith Schembri mar it-Tuneżija. Neville Gafa u eks ħaddiem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru qegħdin hemm ukoll. Ir-raġuni għal din iż-żjara għadha mhix magħrufa.
Skont it-Times, Schembri għandu interessi ta’ negozju fil-Libja imma li l-problemi li hemm fir-reġjun ifisser li aktarx mhux se jkun qed jersaq l’hemm.
L-Air Malta kellha titjira lejn Tuneż li telqet dalgħodu fil-5.25 am.
Is-sit Lovin Malta pprova jagħmel kuntatt ma’ Schembri u Gafa imma ma rċeviex risposta.
Il-MP tal-PN Jason Azzopardi kiteb fuq Facebook li Gafa siefer lejn Tuneż ilbieraħ. Qal li Keith Schembri kien sejjer hemm ukoll.
F’Diċembru, il-Gvern qal li l-eks Chief of Staff tal-PM Keith Schembri rritorna l-passaport diplomatiku tiegħu. Kelliem għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qal lil Newsbook.com.mt li Schembri “kellu passaport diplomatiku minħabba n-natura tal-kariga li kien jokkupa.” Spjega li dan il-passaport “ġie ritornat”.