Scarlett Johansson l-aktar attriċi li daħħlet flus

Ritratt: Instagram

Scarlett Johansson spiċċat fuq quddiem għat-tieni darba fil-lista ta’ Forbes tal-atturi nisa li l-aktar daħħlu flus fl-aħħar sena. Imma hi tiġi t-tmien waħda mill-atturi kollha tal-films meta mqabbla mal-atturi rġiel. L-attriċi ta’ 34 sena kellha dħul ta’$56 miljun li jagħmilha taqla’ flus inqas mill-attur Adam Sandler li ġie fis-seba’ post. L-attriċi daħħlet $15.5 miljun aktar mis-sena l-oħra grazzi għall-parti tagħha fil-film Avengers: Endgame.

L-attriċi Sofia Vergara li tidher f’Modern Family hi l-unika mara oħra li tidħol fil-lista tal-aqwa 10 meta mqabbla wkoll mal-atturi rġiel bi dħul ta’ $44.1 miljun. L-ewwel 10 attriċi fil-lista tal-aktar attriċi mħallsa kollha kellhom dħul ta’ iżjed minn $20 miljun.

Johansson se terġa’ taħdem il-parti tagħha fil-film li jmiss tas-sena d-dieħla tal-Avengers li se jkun jismu Black Widow.

L-attriċi Angelina Jolie, Mila Kunis, Julia Roberts, Cate Blanchett, Melissa McCarthy u Gal Gadot waqgħu mil-lista tas-sena l-oħra.

Meta mqabbla mal-atturi rġiel insibu li Dwayne Johnson (The Rock) kien l-aktar attur li għamel flus f’dawn l-aħħar 12-il xahar — $489.4 miljun.

Il-lista tal-aktar atturi nisa mħallsa għall-2019

  1. Scarlett Johansson – $56m
  2. Sofia Vergara – $44.1
  3. Reese Witherspoon – $35m
  4. Nicole Kidman – $34
  5. Jennifer Aniston  – $28m
  6. Kaley Cuoco – $25m
  7. Elisabeth Moss – $24m
  8. Margot Robbie – $23.5m
  9. Charlize Theron – $23m
  10. Ellen Pompeo – $22m

AQRA: The Rock l-aktar attur li daħħal flus fis-sena li għaddiet