Ikkonfermat każ ta’ scabies fi skola primarja

Fl-aħħar jiem fl-Iskola Primarja tal-Fgura kien hemm każ ta’ scabies.
Kelliema għall-Ministeru tal-Edukazzjoni kkonfermat il-każ ma’ Newsbook.com.mt u spjegat li ttieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni.
Qalet ukoll li ġew avżati l-ġenituri tat-tfal li jattendu din l-iskola li hija parti mill-Kulleġġ San Tumas.
L-iscabies hija marda tal-ġilda li tittieħed minn persuna għall-oħra permezz ta’ kuntatt fiżiku, jew minn lożor infettati. Is-sintomi tagħha jinkludu ħafna ħakk speċjalment bil-lejl.
Ġenituri li għandhom tfal jattendu l-Iskola Primarja tal-Fgura qalu ma' Newsbook.com.mt li ma ġewx infurmati dwar dan il-każ. Newsbook.com.mt reġa' bagħat mistoqsijiet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni.