Sawwathom, ħarab mill-pulizija; ħelsien mill-arrest

Missier ta’ sitt itfal minn nisa differenti qed jiġi akkużat fuq vjolenza domestika. Ir-raġel li huwa mis-Sirja u li joqgħod Wied il-Għajn wieġeb mhux ħati li allegatament il-Ġimgħa sawwat lis-sieħba tiegħu u lil wieħed mit-tfal tiegħu u kkaġunalhom ġrieħi ħfief. Huwa qed jiġi akkużat ukoll li nissel biża’ ta’ vjolenza kif ukoll li l-mara ma setgħetx tuża mezzi ta’ kommunikazzjoni. Huwa qed jiġi akkużat ukoll li ħarab mill-kustodja tal-pulizija.

L-allegat vittma ddikjarat li hija ħafret lill-akkużat u sa issa ma kienx hemm aktar abbuż min-naħa tiegħu. Ir-raġel wieġeb li mhux ħati ta’ dawn l-akkużi.

L-avukati difensuri qalu li minkejja li l-akkużat ħarab mill-kustodja tal-pulizija, huwa ġie rritornat lura mill-familja tiegħu siegħa wara li ħarab. Huma qalu li r–raġel għandu kondotta nadifa.

Il-qorti laqgħet it-talba tal-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzijia personali ta’ €3,000.