Sawwat u ħebb għal persuna f’Għawdex

Raġel ta’ 30 sena tressaq il-Qorti akkużat li darab jew sawwat persuna, kif ukoll li ħebb kontra l-istess persuna fiż-Żebbuġ.

Huwa ġie akkużat li kiser il-paċi pubblika b’għajat u ġlied, u li kkaġuna biża’ fuq persuni li se tintuża vjolenza kontrihom jew kontra l-propjetà tagħhom. L-akkużat wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom li jħallas depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.