Sawtuh u spiċċa f’għadira demm fl-Imsida

Raġel ta’ 42 sena mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin b’rabta ma’ holdup li seħħ fit-2 ta’ Awwissu fl-Imsida li ħalla anzjan ta’ 72 sena f’għadira demm mal-art.

Il-vittma rreżistiet milli l-aggressur jisraq il-cash register fil-ħanut iżda dan tal-aħħar xorta rnexxielu jisraq €500 u jaħrab mill-post wara li ta daqqiet b’ħadida lill-anzjan li spiċċa mal-art fuq il-bankina quddiem il-ħanut.

Il-Pulizija sabet lill-aggressur f’garaxx f’Birkirkara jumejn ilu.