Sawtuh sa ma miet, għax seraq pasta

Żewġ aħwa nisa fl-Amerka qed jiġu akkużati li qatlu tifel ta’ tliet snin, li skont il-Pulizija l-unika żball li għamel kien li ħa pasta.
Il-każ seħħ f’Atlanta, meta allegatament it-tifel żgiċċa inkiss inkiss liż-żewġ nisa biex imur jieħu pasta mill-kċina tad-dar li kienu fiha.
Skont l-akkuża, malli saru jafu b’dan l-għemil meqjus tant gravi min-naħa tagħhom, waħda sawtet lit-tifel b’lasta tal-baseball u l-oħra, li sippost kienet dik li qed tieħu ħsiebu, tagħtu daqqiet ta’ ħarta.
It-tifel miet mill-ewwel minħabba l-effett tad-daqqiet fuq rasu u x-xinsla ta’ dahru.
Iż-żewġt aħwa qalu verżjonijiet kunfliġġenti lill-awtoritajiet dwar dak li ġara fl-aħħar t’Ottubru tas-sena l-oħra.
Qed jingħad li għall-bidu qalu li t-tifel miet għax fega fil-pasta.
Huma qed jiġu akkużati bi qtil, b’aggressjoni ggravata u bi krudeltà.
Jekk jinstabu ħatja għandhom għomorhom il-ħabs, mingħajr iċ-ċans li jappellaw.
Skont rapporti differenti, l-omm proprja tat-tifel tilfet il-kustodja ta’ binha meta spiċċat bla dar, iżda kienet qed tikkumbatti biex terġa’ tieħdu lura.
Hu magħruf li l-omm kienet talbet imħallef biex tieħu lura lil binha meta innutat grif u tbenġil fuq ġisem it-tifel, iżda l-Qorti rrifjutat it-talba tagħha.
Dan inzerta tlitt ijiem biss qabel il-mewta traġika tiegħu.