Sawtu nanna b’ħadida meta ġiet Malta tara lin-neputi

Nanna mill-Maċedonja ta’ tifel li għadu kemm twieled ġiet Malta u nsterqet fil-lejl tal-10 ta’ Mejju. Waqt li nsterqet hija sfat ukoll vittma ta’ aggressjoni permezz ta’ ħadida u kawża ta’ dan ġarrbet tiċrita f’rasha u kisret idha.

Il-Qorti semgħet kif żewġ persuni, raġel ta’ 43 sena u mara ta’ 26 sena, kienu għaddejjin minn Triq Manwel Dimech f’Tas-Sliema u raw lit-turista miexja meta ddeċidew li jisirquha.

Ir-raġel, li huwa eks-Pulizija mill-Birgu u l-mara li hija mix-Xgħajra, imbagħad serqu il-handbag tagħha, l-mobile li kien fih kif ukoll għadd ta’ flus kontanti u dokumenti.

Huma wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom u ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.