Savoury biscuits

Ingredjenti

260g dqiq

kuċċarina baking powder

nofs kuċċarina melħ

60g xaħam

¾ ta’ tazza ħalib

Metodu

Saħħan il-forn għal 230˚Ċ/450˚F.

Ħallat flimkien f’bieqja d-dqiq, il-baking powder u l-melħ.

Żid ix-xaħam ftit ftit u ħallat mat-taħlita tad-dqiq sakemm it-taħlita tiġi bħal frak tal-ħobż.

Żid il-ħalib waqt li tħawwad b’furketta sakemm l-għaġina ma tibqax teħel mal-ġnub tal-bieqja.

Poġġi l-għaġina fuq dqiq mifrux fuq wiċċ ta’ mejda u aħdimha sakemm ma tibqax twaħħal.

B’lembuba ifrixha sakemm l-għaġina tiġi fi xħuna ta’ 1ċm. Uża cutter tond u aqta’ minnha sakemm tagħtik l-għaġina. Aqbad il-biċċiet li jibqa’ u rrepeti.

Poġġi l-biċċiet fuq tray tal-forn u aħmi għal 10 minuti sakemm isiru dehbi sabiħ.

Dawn is-savoury biscuits jitieklu ma’ kull tip ta’ ikel.