Saviour x’se jara fil-mera?

Hbieb u Ghedewwa 25

Fl-episodju tal-lum il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Karl ikompli jirrakkonta dak kollu li kien għadda minnu meta kien għadu jaħdem l-Italja. X’se jgħidulu Kristanne u Brenda? Kif kienu ltaqgħu Karl u Valentina?

Dwar xiex se jitkellmu Rachel u l-Madre?

Chiara tinsisti ma’ missierha biex jidħol lura d-dar. Illum niskopru għala ma riedx. Saviour x’se jara fil-mera?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.