Gloria x’passi se tieħu?

Ħbieb u Għedewwa jkompli llum it-Tnejn fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315 bil-71 puntata mis-sitt u l-aħħar staġun.

Decelis u Psaila huma inkwetati dwar dak li jistgħu jagħmlu l-Minċott u Turu. X’passi se jieħdu? Etienne jitkellem ma’ Saviour u jipproponhielu dak li kien tkellem ma’ John u Frank. X’jaħseb Saviour? Tgħid jaċċetta jew le?

Olivia titkellem ma’ ommha dwar dak li kien għadu kif qalilha Feliċ. X’taħseb Gloria? X’passi se tieħu?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind. Ir-repetizzjoni ta’ dan l-episodju tixxandar għada t-Tlieta fl-10.15am.