Saviour kif se jirreaġixxi għall-aħbar dwar John?

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa se naraw lil Kristianne u lil Brenda jerġgħu imorru d-dar ta’ Karl biex jieħdu kejk lil Valentina. Din id-darba x’se jiġri?

Saviour x’se jgħid xħin jisma’ l-aħbar kerha ta’ John. X’se jgħidlu u x’se tkun ir-reazzjoni? Dr Zammit iċempel lil Etienne. X’ried jgħidlu?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315. Is-sensiela, b’kitba ta’ Dr Michael Vella u Evelyn Saliba La Rosa, jkollha repetizzjoni l-għada fl-10.15am. Il-produzzjoni hija ta’ Rewind.