Jipproponu mina taħt l-art biex tittieħed inqas art f’Santa Luċija

Miguela Xuereb

Read in English.

Rappreżentanti minn Save Santa Luċija Open Spaces Network iltaqgħu mal-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg. In-Network ippreżenta pjan konċettwali b’disinn alternattiv għad-dħul minn Tal-Barrani għal Santa Luċija.

Skont in-Network, l-alternattiva li pproponew hija mina taħt l-art li jekk issir, se tkun qed tieħu inqas art minn dik ppreżentata minn Infrastructure Malta. It-toroq awżiljarji qrib ir-roundabout ta’ Santa Luċija jiġu fuq il-mina. In-Network spjega li b’hekk it-trakka tal-ġiri u l-green area tal-madwar jiġu salvati.

Skont stqarrija maħruqa minn Save Santa Luċija Open Spaces Network, Ian Borg qal li se jkun qed iwassal il-pjan li ppreżentawlu lil Infrastructure Malta biex isiru l-evalwazzjonijiet meħtieġa. Waqt il-laqgħa kienu diskussi wkoll xi kwistjonijiet li kienx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat, iżda n-Network qal li l-ispirtu tal-laqgħa kienet waħda pożittiva.

In-Network esprima l-apprezzament tal-fatt li l-Ministru Borg aċċetta li jiltaqgħa mar-rappreżentanti tan-Network u jisma’ x’kellhom xi jgħidu.

AQRA: Telf ta’ kilometru ta’ siġar minħabba r-roundabout ta’ Santa Luċija – FAA