Satelliti b’għajnejhom fuqna

L-Awtorità tal-Ippjanar qed tingħaqad f’konsorzju mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) sabiex tifforma parti min-“Network of Copernicus Relays”, li huwa mmaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea (KE).
Il-programm imsejjaħ “Copernicus” huwa inizzjattiva Ewropea li tieħu ħsieb tiġbor dejta importanti minn satelliti u apparat simili fl-ajru, fuq l-art u fil-baħar.
Did-dejta tiġi pproċessata u mibdula fi pjattaforma ta’ sensiela ta’ informazzjoni mitqlu deheb li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jużaw fit-tfassil ta’ leġiżlazzjonijiet ambjentali.
Bis-saħħa ta’ dal-ftehim, il-partijiet interessati u l-pubbliku se jkunu qed jiġu pprovduti wkoll b’assistenza teknika u b’attivitajiet li jqajmu kuxjenza dwar l-ambjent.