Malasja: L-ajruplan baqa’ jittajjar għal 4 sigħat wara li sparixxa mir-radar

Investigaturi mill-Istati Uniti qed jaħsbu li l-ajruplan tal-Malaysian Airlines baqa' jittajjar għal madwar erba' sigħat wara li sparixxa mir-radar. Dan il-fattur iqajjem susspett li l-ajruplan kien maħtuf.

Uffiċċjali Amerikani qed jinvestigaw il-possibilità li l-ajruplan, b’239 passiġġier abbord, ġie ddevjat għal direzzjoni oħra bl-intenzjoni li jintuża għal għan ieħor aktar tard.

It-titjira MH370 intilfet minn fuq ir-radar nhar is-Sibt filgħodu. L-ajruplan telaq minn Kuala Lampur, fil-Malasja, b’239 passiġġier abbord. Il-komunikazzjoni intilfet madwar siegħa wara li tar l-ajruplan.