Isiru ġenituri l-attriċi Elaine Saliba Bonnici u żewġha Anthony

L-attriċi Elaine Saliba Bonnici lbieraħ ħabbret permezz ta’ post fuq il-profil tagħha fuq Facebook li hi u żewġha Anthony Bonnici saru ġenituri għall-ewwel darba.

Ana May Bonnici twieldet fis-7.25am fl-Isptar ta’ Mater Dei.

L-attriċi ta’ sensiliet bħal Fattigi u Iċ-Ċaqqufa ilha miżżewwġa ma’ Anthony mill-2016.

Dan huwa l-messaġġ li hija qasmet mas-segwaċi tagħha.

Ritratt: Facebook/Elaine Saliba Bonnici