Sarri u Napoli – storja mill-isbaħ li waslet fi tmiemha

sarri

Jidher li Maurizio Sarri ma laħaqx ftehim mal-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis fuq it-tiġdid tal-kuntratt tiegħu.
Il-kuntratt attwali tal-kowċ Taljan se jiskadi fl-2020 iżda jista’ jinħall minn dan il-ftehim jekk il-klabb li jkun interessat fih iħallas is-somma relattivament baxxa ta’ £7 miljun.
Skont il-midja Ingliża u dik Taljana, Chelsea wrew interess f’Sarri hekk kif Roman Abramovich mistenni jtemm ir-rapport professjonali tal-klabb ma’ Antonio Conte.
Taħt il-gwida ta’ Sarri t-tim ta’ Napoli sar l-ikbar rivali ta’ Juventus fit-taqtigħa għar-rebħ tas-Serie A u spiċċa fit-tieni post għal żewġ staġuni konsekuttivi.
F’intervista li ta wara l-aħħar logħba ta’ Napoli għal dan l-istaġun, Sarri sostna li fil-ħajja kollox għandu tmiem u xi drabi aħjar ittemm l-istejjer sakemm ikunu għadhom meqjusa sbieħ u pożittivi.