Sarri kkonfermat għal ma’ Juventus

Chelsea laħqu ftehim għall-maniġer tagħhom Maurizio Sarri biex jingħaqad mar-rebbieħa ta’ Serie A, Juventus. Il-ftehim intlaħaq tard il-Ħamis filgħaxija wara taħdidiet bejn l-uffiċjali. Il-ftehim jista’ jitlesta sa kmieni nhar il-Ġimgħa.

Huwa mifhum li ġiet miftiehma miżata ta’ kumpens ta’ aktar minn €5 miljun. Sarri mar ma’ Chelsea minn Napoli f’Lulju tal-2018 u mexxa t-tim biex ikklassifika fit-tielet post fil-Premier League u rebaħ l-Europa League fi staġun wieħed.

Minkejja li ffirma kuntratt ta’ tliet snin f’Lulju li għadda, hu se jsir id-disa’ maniġer full-time li se jħalli l-klabb taħt is-sid ta’ Chelsea Roman Abramovich.