Sarri jibda l-avventura fil-Premier League b’rebħa

Chelsea bdew il-kampjonat b’rebħa ‘l bogħod minn darhom kontra Huddersfield. Il-midfielder Franċiż N’Golo Kante fetaħ l-iskor fl-34 minuta b’xutt wara kross mix-xellug ta’ Willian.

L-akkwist il-ġdid Jorginho għamilhom 2-0 grazzi għal penatly ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima. Huddersfield issieltu għall-pussess tal-ballun matul l-ewwel 45 minuta iżda naqsu milli joħolqu problemi lil Kepa Arrizabalaga, l-iktar goalkeeper li sewa flus wara li ffirma ma’ Chelsea għas-somma ta’ £72.1m. L-eks attakkant ta’ Barcelona Pedro żied it-tielet gowl b’xutt angolat li spiċċa fir-rokna l-baxxa wara li kkontrolla pass preċiż ta’ Eden Hazard li daħal bħala sostitut meta kien jonqos biss 15-il minuta.