Sarkozy se jgħaddi ġuri fuq korruzzjoni

L-Eks President Franċiż Nicolas Sarkozy se jgħaddi ġuri f’Ottubru ta’ din is-sena. Sarkozy jinsab akkużat b’korruzzjoni. Id-deċiżjoni kienet ikkonfermata mill-qorti kriminali ta’ Pariġi.

Sarkozy jinsab akkużat li kien kiseb informazzjoni dwar investigazzjoni fuq eks Imħallef tramite l-avukat tiegħu.  Huwa kien ukoll is-suġġett ta’ għadd ta’ allegazzjonijiet dwar korruzzjoni u finanzjament illegali tal-kampanja elettorali tiegħu.

L-eks President Franċiż huwa akkużat b’numru ta’ allegazzjonijiet fosthom li nefaq kważi €43 miljun (id-doppju permissibli) fuq il-kampanja elettorali li kienet spiċċat f’telfa għal Sarkozy.