Sarkozy mill-ġdid taħt investigazzjoni tal-pulizija

L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy qed jinżamm għal interogazzjoni fuq susspett li uża l-pożizzjoni politika tiegħu bi skambju għall-flus jew favur.
L-investigazzjoni qed issir f’Nanterre, Pariġi. Dan l-aħħar żvilupp wasal wara li l-avukat tiegħu kien interrogat mill-pulizija nhar it-Tnejn li għadda.
F’Marzu li għadda, Sarkozy tqiegħed taħt investigazzjoni formali akkużat li aċċetta enveloppi ppakjati bil-flus. Allegatament dawn il-flus kienu ngħataw minn Liliane Bettencourt biex tiffinanzja l-kampanja elettorali tiegħu fl-2007.