Sarah Mercieca tirbaħ it-titlu Miss Malta

Sarah Mercieca, Miss Balzan, li tidher fir-ritratt ta' SnapArt miġbud minn Benjamin Sant, hija r-rebbieħa tat-52 edizzjoni tal-konkors nazzjonali Miss Malta.
Fl-aħħar edizzjoni, li ttellgħet is-Sibt 6 ta’ Ġunju 2015, kienu għoxrin finalista li kkompetew għal dan it-titlu.
Fl-ewwel post ikklassifikat Miss Balzan, Sarah Marcieca, li għandha erbgħa u għoxrin sena, fit-tieni post ikklassifikat Miss Gzira, Nicola Grixti,, segwita minn Miss San Pawl il-Baħar, Louisa Abela, fit-tielet post.
Sarah Mercieca rebħet diversi rigali minbarra l-opportunità li tirrapreżenta lil Malta fil-konkors Miss Grand International fit-Tajlandja. Sarah se jkollha wkoll sena mimlija intervisti u sejħiet f’diversi programmi tat-televiżjoni, gazzetti u rivisti. Dan minbarra li se tkun involuta f’avvenimenti fosthom dawk li fihom jinġabru flus għall-karità. F’dawn l-avvenimenti għal ġbir ta’ fondi, Mercieca se tkun akkumpanjata mir-rebbieħa tat-titlu Miss Solidarity li hija Miss Valletta, Nathalie Camilleri.
Għat-tieni sena konsekuttiva, il-konkors Miss Malta kien organizzat minn Glow Promotions taħt it-tmexxija ta’ Alan J. Darmanin u Jeff Francalanza.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt