Sarah Jessica Parker bl-ewwel ħanut taż-żraben

L-attriċi popolari tas-serje Sex and the City Sarah Jessica Parker, li hija famuża kemm għar-reċtar kif ukoll għall-istil tal-moda tagħha, fil-jiem li ġejjin se tiftaħ l-ewwel ħanut taż-żraben f'Fifth Avenue fi New York. 
Il-ħanut se jissemma “SJP by Sarah Jessica Parker” u għalkemm mistenni jiftaħ fil-jiem li ġejjin, diġà qegħdin jinġabru ħafna nies quddiem il-ħanut biex jagħtu titwila ta’ dak li hu għaddej. 
Parker żvelat kif se tieħu l-irwol ta’ sales assistant sakemm il-ħanut ikun miftuħ – għal għaxart ijiem. Dan hekk kif dan se jkun pop-up shop – kunċett modern fid-dinja tal-kummerċ fejn ħanut jinfetaħ biss għal żmien limitat. 

L-attriċi żiedet tgħid, “Bi pjaċir ngħid li hawnhekk għandna xi ħaġa għal kulħadd. Għandna żraben ċatti, żraben sportivi u żraben bit-takkuna”.