Sar nannu għall-ewwel darba

Ritratt: Facebook/AnthonyAgiusDecelis

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani Anthony Agius Decelis jinsab tassew kuntent illum hekk kif għall-ewwel darba sar Nannu!

F’messaġġ li kiteb fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook huwa ħabbar li hu u martu Josette Agius Decelis saru nanniet għall-ewwel darba wara li binthom Danika Camilleri u żewġħa Joseph kellhom tifla.

Ritratt:Facebook/AnthonyAgiusDecelis

Is-Segretarju Parlamentari ma naqasx milli jirringrazzja lill-Mulej għall-wild ġdid fil-familja tiegħu.

Awguri!